“Kien Għamel Ħafna Sagrifiċċji Biex Sar Referee Ta’ FIFA… Imbagħad Qabditu L-ALS!” – Mart Joseph

Hekk kif bħalissa għaddejja ġmielha l-maratona ta' DAR Bjorn, mart Joseph irrakkontat l-istorja ta' żewġha li matul ħajtu għamel bosta sagrifiċċji sabiex eventwalment seta' jsir referee ta' FIFA, kif dejjem xtaq.

Issemmi kif madankollu, sfortunatament fl-età ta' 52 sena, Joseph beda jħoss l-ewwel sintomi tal-ALS, u maż-żmien, din il-kundizzjoni ġabitu f'qagħda fejn ma setax ikompli jippratika bħala referee.

Illum il-ġurnata, Joseph qed jgħix f'DAR Bjorn fejn hemmhekk qed jingħata l-attenzjoni li jeħtieġ 24 siegħa kuljum.

Jekk tixtieq tagħti l-għajnuna tiegħek sabiex pazjenti oħrajn bħal Joseph ikunu jistgħu jingħataw l-għajnuna li jeħtieġu, tista' tgħin billi tibgħat donazzjoni permezz ta' BOV Pay fuq 7909 6249 jew permezz ta' Revolut fuq 7920 9420.

Tista' wkoll tibgħat messaġġ fuq 5061 9271 u b'hekk tkun qed tagħti donazzjoni ta' €11.65, jew inkella ċċempel fuq 5180 2018 jew 5190 2075 biex tagħti donazzjoni ta' €25 jew €50, rispettivament.

Ritratti:

Facebook / Bjorn Formosa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI