“Illum 50 Sena!” – Jagħlaq Sninu L-Attur Joseph Borg Magħruf Bħala Ġorġ Tad-Doughnuts

Illum l-attur u preżentatur lokali Joseph Borg jagħlaq 50 sena. Hu jibqa' magħruf l-iżjed għall-karattru ta' Ġorġ tad-Doughnuts li kien interpreta xi snin ilu fis-sensiela 'L-Avukat Gawdenz Bilocca'.

Oħrajn jiftakru lil Joseph għas-sehem tiegħu fis-sensiela komika 'Qegħdin Sew' fejn hemhekk kien għamel il-karattru taċ-Ċiniż.

Fis-snin riċenti, hu kien involut ukoll fit-tim tal-produzzjoni ta' 'Kalamita' u ħa sehem ukoll f'numru ta' produzzjonijiet teatrali.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat!

Ritratti:

Facebook / GORG – Joseph Borg u L-Avukat Gawdenz Bilocca

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI