KELLYMNI

Kellymni: Episodju 80 – Keith Panelli

Play

Keith Panelli jingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida għal konversazzjoni personali dwar il-ħajja tiegħu, il-familja, l-ADHD u l-esperjenzi li sawruh matul is-snin.

Matul il-konversazzjoni, Keith jitkellem b’mod sinċier dwar il-paternità u dwar kif illum qed jgħix dan l-irwol minn perspettiva differenti. Jirrifletti fuq ir-relazzjoni tiegħu ma’ wliedu u jammetti li, għalkemm għal ħafna żmien kien jemmen li ma kellu ebda dispjaċir, illum hemm affarijiet li jħares lejhom b’mod differenti.

Il-wasla ta’ Minna f’ħajtu fetħet kapitlu ġdid. Keith jispjega kif illum jinsab fi stadju fejn iħossu aktar matur u dan qed jippermettilu jesperjenza l-paternità b’mod differenti. Keith jiftaħ qalbu wkoll dwar l-ADHD, filwaqt li jitkellem dwar Yasmin u kif id-dħul tagħha f’ħajtu ġab bidliet kbar. Flimkien kellhom jaffaċċjaw diversi sfidi, iżda għal darba wara l-oħra sabu mod kif jibqgħu mexjin ’il quddiem flimkien.

Konversazzjoni sinċiera dwar il-familja, ir-relazzjonijiet, l-iżbalji, it-tkabbir personali u kif maż-żmien il-perspettiva tagħna fuq il-ħajja tista’ tinbidel.

IXXERJA

PARTNERS UFFIĊJALI