Leo Għandu Bżonn Isib Dar B’Mod Urġenti!

Il-paġna tal-Facebook Second Chance qasmu post dwar Leo, qattus ta' 4 snin li għandu bżonn isib dar b’mod urġenti.

“Sfortunatament, il-familja li kienet tieħu ħsiebu qabel ma tistax tibqa' żżommu, u għalhekk se jerġa' jidħol fis-sistema tal-foster care,” huma kitbu. “Il-qtates li jkunu mdorrijin f'dar ibatu ħafna meta jitilfu l-ambjent tagħhom, u l-aħjar ikun jekk Leo ma jdumx wisq bla dar ġdida.”

Huma komplew jgħidu, “Dan il-qattus ħelu jistħoqqlu ċans ieħor; huwa disponibbli għall-adozzjoni minn familja li tista' toffrilu mħabba u impenn fit-tul.”

Ritratti:

Facebook / Second Chance

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI