“Eżattament 28 Siegħa Oħra Nkun Qed Nimxi Lejn L-Artal, Lejn L-Imħabba Ta’ Ħajti, Lesta Biex Ngħid ‘Iva’” – Brooke

Għada huwa jum speċjali għall-kantanta Brooke hekk kif ser tingħaqad fiż-żwieġ mal-maħbub tagħha. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, hi qasmet kelmtejn ħelwin.

Qalet, “Eżattament 28 siegħa oħra nkun qed nimxi lejn l-artal, lejn l-imħabba ta’ ħajti, lesta biex ngħid “iva” u nsir martek, is-sapport tiegħek, l-aqwa ħabiba tiegħek, is-sieħba tiegħek u l-ispalla li dejjem tista’ sserraħ fuqha, fit-tajjeb u fil-ħażin, fil-mard u fis-saħħa.”

Żiedet, “Ma nistax nistenna għal dik il-ġurnata li ilna eżattament 11-il xahar nippreparaw għaliha, iżda dak li ninsab l-aktar ħerqana għalih huwa dak kollu li se jiġi wara. Il-futur tagħna, l-ħajja tagħna flimkien għal dejjem, u l-bqija ta’ ħajti nqum ħdejn l-imħabba ta' ħajti, inħobbok f’kull kapitlu tal-ħajja u nkun nista’ nsejjaħlek ir-raġel tiegħi.”

Qalet ukoll, “Għada se niżżewweġ lill-aqwa ħabib tiegħi, iżda aktar minn hekk, għada tibda l-bqija ta’ ħajti nħobbok. Inħobbok, Noah. Illum, għada u għal dejjem.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlkom!

Ritratti:

BROOKE

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI