Il-kantanta Amber kellha l-opportunità li tara spettaklu ta’ waħda mill-aktar leġġendi kbar fil-mużika, Céline Dion. Amber attendiet kunċert ta’ Dion f’Pariġi, Franza.
“Ħolma li saret realtà!” kitbet Amber. Grazzi Céline għal dan il-lejl maġiku!”
Dan l-ispettaklu jagħmel parti minn sensiela ta’ 16-il kunċert li jimmarkaw ir-ritorn tal-kantanta fil-Plenitude Arena tal-kapitali Franċiża, b’aktar minn disa’ miljun persuna jipparteċipaw fil-lotterija għaċ-ċans li jixtru l-biljetti għal dawn l-kunċerti.
Facebook / AMBER