Is-servizz tal-lanċa bejn Valletta u Ta' Sliema ġie sospiż illum, 23 ta’ Settembru, minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp u l-mewġ qawwi fil-port.
F’avviż ippubblikat fuq il-midja soċjali, Valletta Ferry Services infurmat lill-pubbliku li l-aħħar vjaġġ minn Valletta telaq fid-09:00, qabel ma s-servizz ġie sospiż.
Il-kumpanija qalet li s-servizz se jibqa’ sospiż sakemm jinħareġ avviż ieħor. L-avviż jinkludi wkoll tabella dwar il-kundizzjonijiet imqallba tal-baħar bil-kliem, “Is-servizz sospiż minħabba mewġ fil-port”, b’referenza għar-rotta Valletta–Sliema.
Għaldaqstant, dawk li kienu qed jippjanaw li jużaw il-ferry fuq din ir-rotta huma mitluba jieħdu nota tas-sospensjoni.
Facebook/ Valletta Ferry Services