Aktar kmieni din is-sena, l-għalliem Luke Fenech nieda inizjattiva ġdida mmirata biex toħloq spazju attiv u kostruttiv għaż-żgħażagħ Maltin, bl-isem Żgħażagħ għall-Bidla.
Propju għada ser ikun qed isir avveniment minn Żgħażagħ għall-Bidla fejn fost il-mistednin għal diskussjoni hemm il-Ministru tal-Edukazzjoni Byron Camilleri u anke Shadow Minister Jerome Caruana Cilia. Agħfas HAWN għal aktar dettalji.
Apparti minn hekk ftit ilu Luke qasam ritratt meħud waqt laqgħa speċjali li kellu ma' Patri Dijonijsu Mintoff, li jiddeskrivieh b'tant kwalitajiet sbieħ.
"Qas ma' subgħajh iż-żgħir, kif jgħidu. Edukatur li jibqa' ifakkarni xi tfisser tkun għalliem, li tħobb, u li tiġġieled għall-dak li temmen fih… Awguri lill-edukaturi u l’ istudenti kollha," jikteb Luke.
Isemmi kemm fih tgħallem aktar dwar l-importanza tat-tkabbir soċjali, u kemm hu aktar qawwija min-"nejk għall-flus" u "l-egoiżmu."
Prosit!