Min jaf kemm-il darba qgħadna quddiem it-televiżjoni nidħku ma’ Sheldon, Leonard, Penny, Howard u Raj!
Fil-fatt, kien proprju fl-24 ta’ Settembru tal-2007 li The Big Bang Theory xxandret għall-ewwel darba, u minn dakinhar bdiet vjaġġ li dam għaddej għal 12-il staġun u 279 episodju. Is-sensiela baqgħet fuq it-televiżjoni sal-2019 u matul is-snin saret parti mill-ħajja ta’ miljuni ta’ telespettaturi.
L-istorja ddur madwar grupp ta’ ħbieb b’interessi qawwija fix-xjenza, il-komiks, il-logħob u l-kultura geek, iżda fl-aħħar mill-aħħar kienet ukoll storja dwar ħbiberija, imħabba, bidliet fil-ħajja u kif il-bnedmin jikbru flimkien.
Sheldon, bil-personalità unika tiegħu, Penny, li ġabet dimensjoni kompletament differenti fil-grupp, Leonard, Howard u Raj saru karattri li ħafna telespettaturi rabtu magħhom tul is-snin. Ovvjament… min jista’ jinsa l-famuż post ta’ Sheldon fuq is-sufan?