“Titlaq Minn Dirgħajja, Iżda Qatt Minn Qalbi.” – Il-Messaġġ Mill-MP Janice Abela Chetcuti Lil Portia

Fil-21 ta’ Ottubru, il-Membru Parlamentari, Janice Abela Chetcuti, fakkret mument diffiċli ħafna f’ħajjitha, għax wara ħdax-il sena kellha tgħid saħħa lill-għażiża kelba tagħha, Portia.

Permezz ta’ ritratt tal-aħħar mument li qasmu flimkien, Janice qasmet messaġġ li jmiss il-qalb u jfakkarna kemm l-imħabba lejn annimal tista’ tkun profonda u bla kundizzjonijiet.

Hija ddeskriviet kif, mingħajr ma kellhom bżonn kelma waħda, it-tnejn kienu jafu li l-vjaġġ tagħhom kien wasal fi tmiemu. Għal snin twal ħadu ħsieb xulxin, iżda wasal il-mument meta kellha tieħu l-aktar deċiżjoni iebsa: tħalli lil Portia titlaq biex ma tkomplix tbati.

“Għażilt li nġorr l-uġigħ li nitilfek, minflok nitolbok iġġorr aktar tbatija,” kitbet b’emozzjoni, filwaqt li żgurat, li Portia tingħata tislima paċifika u dinjituża, f’darha stess, imdawra bl-imħabba tal-familja u miżmuma qrib tagħha sal-aħħar.

Wara ġimgħat ta’ niket u tbatija, l-imħabba tagħha għadha hemm, għax bħalma ħafna jafu, firda minn ma' annimal hi iebsa wkoll!

Ritratt:

Facebook/Janice Abela Chetcuti

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI