Il-Kantant Lokali Ludwig Galea B’Messaġġ Mill-Qalb F’Għeluq Snin Missieru

Hemm kliem li forsi jidher sempliċi, iżda warajh jinħbew sentimenti kbar li kultant ikun diffiċli tesprimihom bil-kliem. Illum, il-kantant lokali, Ludwig Galea, qed jiċċelebra jum speċjali għax missieru għalaq sninu.

F’din l-okkażjoni, Ludwig għażel li jwassallu x-xewqat tiegħu permezz ta’ messaġġ mill-qalb, fejn esprima kemm japprezza l-għerf, il-gwida u s-saħħa li missieru dejjem tah matul ħajtu.

Fil-messaġġ tiegħu, il-kantant awguralu saħħa tajba u kuntentizza, mhux biss għal-lum, iżda wkoll għas-snin kollha li ġejjin, għax missier mhux biss ikun dak li jkun hemm f’mumenti importanti, iżda wkoll dak li bil-pariri, bl-eżempju u bil-preżenza tiegħu jibqa’ jiggwidak anke meta ma jgħidx kelma.

Kliem Ludwig ifakkarna kemm hu importanti li napprezzaw lill-ġenituri tagħna u ngħidulhom kemm huma għal qalbna, speċjalment waqt li għad għandna l-opportunità nagħmlu dan.

It-Tim ta' Gwida.mt ukoll jawguralu l-isbaħ xewqat kif ukoll sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza!

Ritratt:

Facebook/Ludwig Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI