“Kemm Aħna Xxurtjati Li Għandna Lilek” – L-Attur Fabian Scerri De Carlo B’Messaġġ Mingħand Martu Ivana

Fabian Scerri De Carlo

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-attur lokali Fabian Scerri De Carlo, li m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni, wara li interpreta diversi karattri popolari bħal L-Avukat Gawdenz Bilocca u l-famuż Kappillan f'Simpatiċi.

Fost dawk li awgurawlu f'dan il-jum hemm martu Ivana, li kellha messaġġ mill-isbaħ x'tiktiblu biex turi kemm tapprezzah.

"Awguri mill-qalb Fabian Scerri De Carlo. F’dawn ir-ritratti narawk f’ħafna rwoli differenti, imma għalina l-isbaħ hu, dak li int fil-ħajja. Tista’ tinterpreta kull karattru, imma qalbek dejjem tibqa’ l-istess, ġenwina, onesta u mimlija mħabba."

Ivana tesprimi kemm huma kburin bih u kemm ifisser għall-familja kollha. Hi tikteb, "Kemm aħna xxurtjati li għandna lilek. Inħobbuk ħafna!"

Awguri mill-qalb, Fabian! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI