Il-kantant u preżentatur Glen Vella żvela fuq il-medja soċjali li lbieraħ seħħ l-aħħar episodju tal-programm tiegħu #KaxxaDaqq.
Glen kiteb: “Kien vjaġġ sabiħ ħafna u eċċitanti li nippreżenta dan il-programm televiżiv kuljum fuq Television Malta flimkien ma’ Lulu u Marilyn… Grazzi lit-telespettaturi kollha tagħna għall-appoġġ tagħkom u talli rajtu #KaxxaDaqq.”
Apparti minn hekk, Glen ħa l-ħin tiegħu biex jirringrazzja lit-tim kollu. Awguri Glen għal aktar proġetti sbieħ fil-futur!
Facebook/Glen Vella