Waħda mit-tfal li ltqajna magħhom fiż-żmien il-pandemija kienet Nirvana. Nirvana minkejja l-età żgħira li għandna taf titkellem b’mod matur ħafna. Ta’ sikwit kienet tħeġġeġ lin-nies biex jitolbu għat-“tifla ċkejkna ħabiba tiegħi Emily’.
Nirvana stqarret kemm kienet tħobb lil din il-ħabiba tagħha u biex fit-23 ta’ Lulju ningħaqdu magħha u l-familja ta’ Emily għaċ-ċelebrazzjoni tal-Anġli. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Anġli ser issir fit-23 ta’ Lulju fit-8:30 ta’ filgħodu fil-Fgura. Dakinhar mistenni li tingħata tislima sabiħa liċ-ċkejkna li serqet tant qlub, Emily. Iċ-ċelebrazzjoni ser tkun differenti, sabiħa b’kor tat-tfal. Emily hija anġlu u ħaqqha din il-festa ta’ tislima.
Meta saqsejna lil omm Emily, Vanessa fuq Nirvana qalitilna, “Lil Nirvana ma kontx nafha qabel, vera kienet tferraħni u xtaqt inlaqqaha ma’ Emily. Nixtieq niltaqgħa magħha wkoll. Nirvana tifla speċjali għalija”.