Il-paġna Ta’ Kerċem, Gozo qasmet ritratt miċ-ċelebrazzjoni żgħira li saret biex tiċċelebra lil omm u missier il-Kardinal Għawdxi Mario Grech. Il-ġenituri tiegħu għalqu 70 sena miżżewġin. Anniversarju speċjali mmens li ftit huma li jkollhom ix-xorti jgħixuh.
Il-paġna tikteb, “Nawguraw lill-koppja M’Stella u George Grech, il-ġenituri tal-Kardinal Mario Grech, f’għeluq is-70 sena miż-żwieġ tagħhom. Jalla Ommna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, ikomplu jagħtukom aktar saħħa u kuntentizza.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom f’dan il-jum tassew għażiż. Żgur li sabiħ li kellhom iċ-ċans jiċċelebraw mal-għeżież tagħhom. Nittamaw li jkollhom aktar snin ta’ mħabba, saħħa u kuntentizza. Awguri għeżież!
Facebook / George Vella