“San Bert U Santa Liena Flimkien F’Pittura Waħda” – Mark Azzopardi Jfaħħar It-Talent Malti

“Kuntent immens b’din il-biċċa xogħol li qabbadt biex jagħmilli lil Marvic Muscat, li nzerta wkoll wieħed mis-semmiegħa tiegħi tar-radju.” Stqarr Mark Azzopardi f’messaġġ li qasam riċentament.

B’dawn il-kliem, il-preżentatur u personalità magħrufa Mark Azzopardi qasam mal-pubbliku tiegħu xogħol artistiku speċjali li jġib flimkien żewġ figuri reliġjużi għal qalb il-Maltin: San Bert u Santa Liena – flimkien f’pittura waħda mimlija kulur u simboliżmu 



Il-pittura, maħduma mill-artist Marvic Muscat, turi kemm it-talent lokali kapaċi joħloq xogħlijiet li jgħaqqdu t-tradizzjoni, il-fidi u l-identità kulturali tagħna. Mhux biss biċċa arti sabiħa, iżda wkoll ġieħ lil żewġ qaddisin marbuta ma’ komunitajiet Maltin li jħaddnu l-festi tagħhom b’passjoni kbira kull sena.



Mark ma naqasx milli juri l-apprezzament tiegħu lejn ix-xogħol ta’ Marvic, u enfasizza kemm għandna nies bravi u kreattivi f’pajjiżna. “Kemm għandna min hu bravu f’pajjiżna,” żied jgħid Azzopardi.

Kapulavur bħal dan ikompli jenfasizza t-talent kbir fis-sezzjoni artistika u ta’ dan għandna nkunu onorati.



Ritratti:

Facebook/ Mark Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI