Anzjana Ta' 78 Sena Tmut Pożittiva Għall-Covid-19 – 28 Vittma S'Issa

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu ħabbar li mietet anzjana oħra li kienet pożittiva għall-Covid! Dan ifisser li llum kellna tliet mewtiet relatati mal-Covid-19. L-ewwel mewta kienet ta’ anzjan ta’ 91 sena, it-tieni mewta kienet ta’ anzjana ta’ 73 sena u ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ anzjana ta’ 78 sena.

L-anzjan ta’ 91 sena kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Settembru, filwaqt li l-anzjana ta’ 73 sena kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Settembru. Huma baqgħu jingħataw il-kura sakemm ħallewna matul il-lejl.

L-anzjana bħal dawk ta’ dalgħodu kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri. Il-Ministeru għas-Saħħa, għadda l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, u appellaw biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna l-familjari tal-anzjani li llum tilfu ħajjithom. In-numru ta’ mwiet f’pajjiżna telgħu għal 28!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI