"Ħerqan Biex Nuri Dak Li Ħdimna Għalih U Nagħmel Isem Lil Malta" – Mr Malta Ilyan Seychell Fit-Tajlandja

Mr Malta, Ilyan Seychell għadu kemm wasal it-Tajlandja biex jirrappreżenta lil pajjiżna waqt Manhunt International Male Supermodel. Ilyan kiteb kemm hu grat bl-avventura li daħal għaliha flimkien mat-tim tiegħu, fejn ħadmu bla waqfien biex jirrappreżentaw lil Malta.

“Ħerqan biex nuri dak li ħdimna għalih u nagħmel isem lil Malta,” jikteb Ilyan. “Minkejja l-iskeda preokkupanti, l-appoġġ u l-inkoraġġiment minn kulħadd żammitni għaddej. GRAZZI!”





Ilbieraħ Ilyan wasal fit-Tajlandja wara bjaġġ ta’ 18-il siegħa u jinsab lest biex ikompli jaħdem u jippreparaw biex jirrappreżenta lil Malta bl-unuri. F’Awwissu li għadda Ilyan rebaħ it-titlu ta’ Mr. Malta waqt l-ispettaklu organizzat minn Ivan Gaffiero fi ħdan Gaffiero Productions.

Awguri kbira Ilyan! Awguri Malta! Nixtiqulek l-isbaħ affarijiet u l-aqwa suċċessi f’dan il-vjaġġ!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI