Il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa f’Malta aġġornat lill-pubbliku dwar is-sitwazzjoni tal-każijiet tal-Covid-19 f’Malta.
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu biss tmien każijiet ġodda u rkupraw 19-il persuna minn dan il-virus. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi issa huwa dak ta’ 279 każ. Fl-isptar Mater Dei hemm 10 persuni li qed jiġu rikoverati, fejn wieħed minnhom jinsab fl-ITU. L-ebda mewta ma ġiet irreġistrata.
Sal-bieraħ ingħataw b’kollox 850,536 doża tal-vaċċin, fejn 31,470 doża minnhom kienu tal-booster.