“Aħna Ser Niċċelebrawh Hawn Isfel, U Niftakru Fik” – Pauline Spiteri Bugeja Lil Oħtha Margaret

L-attriċi lokali Pauline Spiteri Bugeja kitbet messaġġ profond lil oħtha l-għażiża Margaret li llum qed tiċċelebra għeluq sninha fis-sema.

KItbitilha mill-qalb, “Għażiża tagħna Gegi… Illum Miliedek. Min jaf kemm qed tiċċelebrah sabiħ mal-maħbubin tagħna hemm fuq!!! Aħna ser niċċelebrawh hawn isfel, u niftakru fik, kemm kont ferrieħa, u kieku żgur kont tmur iċċafċaf. Hemm baħar fejn qiegħda? Għax bla dubju tkun kuntenta hemm. Strieħ fis-sliem, inħobbuk u nħossu n-nuqqas tiegħek dejjem.”

Aħna mit-tim ta’ ‘Gwida.mt nawgurawlha għal għeluq sninha fis-sema u nżommuha fit-talb tagħna biex tistrieħ fis-sliem u l-paċi fejn Alla l-Missier. Nibqgħu ngħożżu l-memorja għażiża tagħha f’qalbna għal dejjem.





Facebook / Pauline Spiteri Bugeja



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI