Illum hi l-ġurnata speċjali tal-attriċi u preżentatriċi Lara Azzopardi. Lil Lara niftakruha żgur bħala kantanta fejn fosthom lura fl-2006 ħadet sehem fil-Malta Song For Europe.
Lara ħadet sehem fi produzzjonijiet lokali ta’ suċċess bħal Emilja, Gizelle u Iċ-Ċaqqufa. Apparti minn hekk rajnieha kemm-il darba tippreżenta, fosthom waqt Mużika Mużika, l-ewwel edizzjoni, kif ukoll riċentament waqt It-Talks.
“Happy Birthday, għażiża Lara. Erbgħin sena ilu, dħalt f’ħajjitna u biddiltha għal dejjem – għall-aħjar, b’modi li qatt ma stajna nimmaġinaw. Għext, tgħallimt, ħabbejt immens, u tajt ħafna minnek innifsek għal ħaddieħor.”
Angela tesprimi kemm hi kburija tara lil Lara omm ukoll, fejn qed trabbi b’għożża lil bintha Zara. ” Hekk kif tiċċelebra llum, nittamaw li tħoss kemm int maħbuba u għażiża immensament. Jistħoqqlok ferħ, paċi, daħk, u ħin għalik innifsek ukoll – qatt tinsa dan. Gawdi l-jum tiegħek mal-għażiż żewġek u ċ-ċkejkna.”
Awguri mill-qalb Lara f’isem it-tim ta’ Gwida.mt! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
View this post on Instagram
Facebook/ Lara Azzopardi