Adrian “Il-Guru” Gusman B’Messaġġ Dwar Il-Maħfra U L-Kliem Żejjed Qabel L-Elezzjoni!

“Hemm kliem li jgħaddi… u hemm kliem li jibqa’ għal dejjem.” Dan kien il-messaġġ li wassal Adrian “Il-Guru” Gusman permezz tal-midja soċjali hekk kif il-kampanja elettorali qed tersaq lejn il-qofol tagħha.

Fil-messaġġ tiegħu, Adrian tkellem dwar il-maħfra u l-kuntentizza vera fil-ħajja, fejn sostna li “il-veru barka u l-kuntentizza f’ħajtek tkun biss meta inti taħfer qabel ma jitolbuk il-maħfra.”



Huwa żied jgħid li l-elezzjoni se tgħaddi fi ftit ġimgħat oħra, iżda kliem iebes jew żejjed jista’ jħalli marka għal żmien twil. “Moħħna hemm fl-elezzjoni… kull ma jonqos ftit ġimgħat oħra u jgħaddi kollox, imma kelma żejda tibqa’ għal dejjem,” kiteb Adrian.



Il-kliem tiegħu wassal messaġġ ta’ għaqda, rispett u paċi fil-mod kif persuni jitkellmu ma’ xulxin, speċjalment fi żmien fejn id-diskussjonijiet politiċi ħafna drabi jistgħu jiżvolġu f’argumenti jaħarqu sew fuq il-midja soċjali kif u fil-ħajja ta’ kuljum.



Ritratti:

Fb/ Adrian-Love-Guru-Gusman

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI