“It-Temp Illum Pjuttost Imdaħħan. Matul Il-Lejl B’Ċans Ta’ Ftit Taqtir Tal-Ħamri” – It-Temp Madwarna

U hekk kif ninsabu fil-jiem maħkuma minn sħaba tar-ramel, il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna tat rapport dettaljat tat-temp.

“It-temp illum jisbaħ pjuttost imdaħħan, li jsir il-biċċa l-kbira xemxi matul il-jum u jerġa’ jissaħħab matul il-lejl b’ċans ta ftit taqtir tal-ħamri,” huma kitbu. Din żgur hi aħbar li ħadd ma ħa pjaċir biha!

Ftit wara tellgħu ritratt mill-ispazju fejn juri “din is-sħaba tar-ramel mid-deżert li ksiet l-inħawi tal-Gżejjer Maltin u n-Nofsinhar tal-Ewropa bejn l-Erbgħa 6/5 u l-Ġimgħa 8/5.”







Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna / Charlene Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI