L-Uffiċju Meteroloġiku ta’ pajjiżna qed ibassar li matul din il-ġimgħa kuljum il-gżejjer Maltin se jkunu qed jintlaqtu minn xi ħalbiet tax-xita jew inkella riħ qawwi li anke jilħaq il-forza 7.
Din hija aħbar ħażina ferm għall-bosta dilettanti tal-Karnival li proprju matul din il-ġimgħa tilħaq il-qofol tagħha l-ħidma tagħhom li tkun ilha għaddejja kważi sena sħiħa.

Illejla stess l-Uffiċju Meteroloġiku ħareġ twissija safra li tindika li fis-sigħat li ġejjin ir-riħ se jkun qed jitqawwa xi ftit mhux ħażin.
Facebook / Malta Weather