Ħu Ħsiebek U Ħsieb Ta’ Madwarek – Franka Traġedja F’Dawn Il-Festi

Sewqan kawt

“L-alkoħol se jittardjalek ħsiebek, u jagħmilha aktar diffiċli għalik li tirrispondi malajr għall-periklu fit-triq. Għid le grazzi!”

Dan kien appell li ppubblikaw il-Health Promotion and Disease Prevention Directorate. Appell f’ħinu, hekk kif resqin il-festi, u nemmnu li jibqa’ japplika kull sena.



Issa se jkun hawn ħafna ċelebrazzjonijiet tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena u huwa importanti li nużaw il-ħsieb f’kull ma nagħmlu.



L-għemil tagħna jista’ jsarraf f’dieqa u f’trawma għal ħajjet ħaddieħor. Importanti ma tixrobx jekk ħa ssuq, u jekk jista’ jkun, issuqx mill-ewwel.



Apparti minn hekk jibqa’ l-appell biex nobdu r-regoli tas-sewqan u tat-triq, mhux biss biex nifrankaw il-multi, dawk m’huma xejn ħdejn il-ħajja! Imma biex nirrispettaw ħajjitna u ħajjet ħaddieħor, u b’rispett lejn dawk li jħobbuna u li jkunu qed jistennewna nirritornaw id-dar.

Gawdi dawn il-festi, u ħu ħsieb!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI