Aiken Buhagiar, it-tifel ċkejken li ħafna jiftakruh mill-partijiet li kien jagħmel f’diversi sensiliet Maltin, illum kiber. Dak it-tifel li konna narawh jaġixxi b’dik il-kariżma naturali tiegħu, illum sar żagħżugħ u qed jagħmel suċċess ġdid f’qasam kompletament differenti, id-dinja tal-kċina.
Wara li qatta’ ftit xhur barra minn Malta jistudja l-arti kulinarja, Aiken reġa’ lura aktar matur, aktar iffukat u b’passjoni kbira. L-esperjenza barra pajjiż fetħitlu bibien ġodda, tant li llum qed narawh fuq l-iskrin f’kontest kompletament ġdid, fil-programm popolari Indigo, flimkien ma’ Josette u Lon.
Aiken jidher li sab l-element tiegħu. Bil-mod umli u professjonali tiegħu, qed jippreżenta riċetti interessanti lil dawk kollha li jsegwu l-programm. Il-preżenza tiegħu fuq Indigo żiedet xeħta żagħżugħa.
L-istorja ta’ Aiken hija waħda ta’ determinazzjoni u tkabbir personali. Illum mhux qed jinterpreta karattri, iżda qed jurina min hu verament: żagħżugħ ambizzjuż, kreattiv u lest sabiex jaqsam l-għarfien tiegħu mal-pubbliku.
Prosit lil Aiken għal dan il-kapitlu ġdid, u nistennew b’ħerqa x’se jġib miegħu l-futur għalih.
Facebook / Aiken Buhagiar