Ajruplan li telaq mill-belt Taljana ta’ Milan u kien fi triqtu lejn il-belt kapitali Ingliża ta’ Londra kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza f’Pariġi wara li żewġ passiġġiera użaw modi differenti sabiex jeqirdu l-passaport tagħhom ftit minuti wara li l-ajruplan għamel it-tlugħ tiegħu.
Fil-fatt, wieħed mill-passiġġieri qatta’ l-paġni tal-passaport f’elf biċċau beda jikolhom filwaqt li l-ieħor flaxxjah fit-tojlit.
Kien għalhekk li l-membri tal-ekwipaġġ filwaqt li appellaw għall-koperazzjoni tal-passiġġieri kollha avżaw lill-pilota bis-sitwazzjoni u fi sfond ta’ inċertezza dwar l-identità ta’ dawn il-passiġġieri, ġie deċiż li jseħħ iżul ta’ emerġenza.
Malli niżlu, iż-żewġ passiġġieri ġew arrestati fil-pront u minħabba din is-sitwazzjoni l-ajruplan wasal sagħtejn tard Londra hekk kif il-pulizija Franċiża ma ħallitx lill-ajruplan ikompli bi triqtu qabel ma temmet tfittxija intensiva fuqu minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Pexels