Qattusa sabiħa ta’ sitt xhur jisimha Rosie bħalissa qed tfittex dar ġdida u familja li tagħtiha l-imħabba u l-kura li jixirqilha.
Rosie hija qattusa bi tliet kuluri mill-isbaħ u b’karattru ġentili ħafna, li bla ma trid issir tħobb mill-ewwel.
Skont dawk li qed jieħdu ħsiebha, hija għandha personalità ħelwa u dħulija. Tħobb toqgħod għar-ritratti.
Il-qattusa hija diġà neutralised u mlaqqma, u tinsab lesta biex tibda kapitlu ġdid ma’ familja li tilqagħha fid-dar tagħha.
Minbarra n-natura affettuża tagħha, Rosie hija wkoll kurjuża u kalma, kwalitajiet li jagħmluha kumpanija ideali għal min qed ifittex pet li jġib ferħ u serenità fid-dar.
Filwaqt li Rosie qed tistenna li ssib id-dar għal dejjem, hemm ukoll diversi qtates u frieħ oħra li qed ifittxu familja li tadottahom.
Dawk interessati jistgħu jżuru x-xelter matul il-ġimgħa biex jiltaqgħu magħhom.