Ara Xi Tħabbar Rigward L-Għoti Tad-Demm Tul Tmiem Il-Ġimgħa Li Ġej

għoti tad-demm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jinforma lill-pubbliku li l-għoti tad-demm fi tmiem il-ġimgħa jista’ jsir f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż.

Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa jibqa’ miftuħ kuljum, inklużi l-Ħdud u l-festi pubbliċi, mit-08:00 sas-18:00.

Barra minn hekk, nhar il-Ħadd 22 ta’ Marzu, se jkun hemm opportunità oħra biex jingħata d-demm f’Żurrieq Day Centre fi Triq l-Imqabba, mit-08:30 sas-13:00, kif ukoll fil-Berġa tax-Xewkija, ix-Xewkija, bejn it-08:00 u s-13:00.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jikkontribwixxi għal din l-inizjattiva importanti billi jagħti d-demm u jgħin isalva l-ħajjiet.

Dawk li jmorru jagħtu d-demm għandhom jiftakru li jġibu magħhom dokument ta’ identifikazzjoni validu, bħal karta tal-identità, liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.

Huwa wkoll rakkomandat li wieħed jixrob l-ilma qabel id-donazzjoni u jevita li jilbes kmiem issikkati, sabiex il-proċess isir aktar faċli u komdu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI