Araw Liem Toroq Se Jkunu Magħluqa Għall-Maratona Llum

Kmieni dalgħodu bdiet il-maratona ElectroGas La Valette propju fl-4 ta’ filgħodu.  Madwar 5,000 persuna se jkunu qed jieħdu sehem f’din il-ħames edizzjoni ta’ din il-maratona.

Minħabba din il-maratona, ċertu toroq se jkunu magħluqa.

Triq San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar, se tkun magħluqa bejn l-4am u s-7am. Tower Road, tas-Sliema, se tkunu magħluqa bejn il-5am u l-10am. Triq il-Creche, tas-Sliema se tkun magħluqa mill-5am sat-8:40am.

Triq l-Assedju l-Belt Valletta se tkun magħluqa bejn it-7:45am u l-10:45am. Barriera Wharf il-Belt se tkun magħluqa bejn l-4:30am u l-10:30am filwaqt li Triq ix-Xatt Juan B Azopardo l-Isla se tkun magħluqa bejn is-6am u l-11:30am.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI