Dalgħodu mit-toroq ta’ Londra l-atleta professjonali Zach Vella beda l-ġirja tiegħu li mistennija tikkonsisti ta’ 2,700 kilometru hekk kif se tkun qed tasal fi tmiemha proprju f’pajjiżna.
L-atleta Malti qiegħed jagħmel din il-ġirja li tirrikjedi tant reżiljenza u perseveranza sabiex permezz tal-għaqda filantropika YMCA jgħin persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom.
Sabiex ilesti din l-isfida Zach mistenni jieħu 7 ġimgħat fejn matulhom se jkun qed jgħaddi minn bosta pajjiżi differenti fosthom l-Italy, Franza kif ukoll l-Isvizzera.
Prosit u awguri lill-atleta Zach Vella għal din l-isfida!
Instagram / Homebound u Google Maps