“Att Żgħir Jista’ Jsalva L-Ħajja Ta’ Ħaddieħor” Kevin Borg Iħeġġeġ Lil Kull Min Jista’ Għad-Donazzjoni Tad-Demm

Ftit tas-sigħat ilu, il-kantant Malti Kevin Borg, qasam mument żgħir mas-segwaċi tiegħu fejn stqarr li llum kienet ġurnata importanti b’ġest ta’ solidarjetà hekk kif ta d-demm bit-tama li jkun jista’ jgħin lil xi ħadd fil-bżonn.

F’messaġġ sempliċi iżda b’saħħtu, Borg kiteb: “Għadni kemm tajt demmi bit-tama li nista’ ngħin lil xi ħadd fil-bżonn. Inħeġġeġ lil dawk kollha li jistgħu jgħinu billi jagħtu d-demm, għax dan jista’ jsalva ħajja.”Id-donazzjoni tad-demm tibqa’ waħda mill-aktar atti nobbli li persuna tista’ tagħmel. Kull donazzjoni tista’ tkun kruċjali għal pazjenti li jkunu għaddejjin minn operazzjonijiet, trattamenti mediċi jew sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.



Huwa ħeġġeġ biex kull min jista’, jagħmel l-istess. Bosta segwaċi qablu mal-messaġġ ta’ Kevin u kitbu messaġġ pożittivi kif ukoll ta’ inkoraġġiment. Fl-istess waqt ukoll, il-paġna Blood Donation Malta – NBTS irringrazzjat lil Kevin talli regolarment jagħti d-demm hekk kif kull darba jkun qed isalva tliet ħajjiet.



Il-ġest ta’ Kevin Borg huwa tfakkira ċkejkjna li kull azzjoni tista’ tagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ ħaddieħor.



Ritratti:

Facebook/ Kevin Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI