Il-programm Ħadd Għalik huwa magħruf għall-kompetizzjonijiet u mhux l-ewwel darba li jitfgħu xi sfida fuq il-paġna uffiċjali tagħhom.
Madanakollu wieħed għandu joqgħod attent u ma jiblax kollox. It-tim ta’ Ħadd Għalik għamel avviż fuq il-paġna uffiċjali biex dan il-messaġġ t’hawn taħt ma tweġbuhx u importanti li nxerrdu ħalli kulħadd ikun jaf dwar din l-iscam.
“Din hi scam. Dawn mhux aħna. Jekk jogħġobkom tweġbux lil dawn il-messaġġi. Grazzi”