Il-preżentatriċi u kantanta lokali Tiziana Calleja tikteb messaġġ lil binha f’għeluq sninu. Jum speċjali żgur għal Tiziana, għax kien il-jum li saret omm.
Hi tikteb, “Għażiż ibni, kemm ġibtli ferħ u serenità f’ħajti. Kemm inħobbok. Int tferraħni f’kull mument tal-ġurnata. Ibqa’ tbissem, oħlom u vvinta – bil-limiti sew. Se ssibni dejjem warajk biex nimbuttak ’il quddiem ħalli tikseb dak kollu li ser tkun ambizzjuż għalih.”
Hi ttemm tikteb, “Il-Bambin riedek tiġi għandna u jien se nagħmel ħilti kollha biex inrabbik b’valuri soda. Awguri f’għeluq żmienek Zack. Il-mamà.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Zack l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b’ħafna ferħ. Awguri Zack!
Facebook / Tiziana Calleja