"Avolja L-Ħitan Tal-Klassijiet Ser Ikunu Vojta …Ser Nimlew Liż-Żgħar Tagħna Bl-Imħabba" – Ms. Tiffany Għalliema

Ms. Tiffany hija għalliema tal-kindergarten fl-iskola primarja ta’ Birkirkara u din is-sena kienet ser terġa tirritorna wara l-leave tal-maternita.”Kemm xtaqt narma lil din is-siġra dis-sena! Kemm xtrajt riżorsi għall-klassi …iżda din ser tkun sena differenti” tikteb l-għalliema.

Il-ħitan b’direttiva ser ikunu vojta izda din l-għalliema twiegħed li.. “Il-qlub tagħna ser jimlew lil dawn iż-żgħar bl-imħabba, u ser nieħdu ħsiebhom bl-aktar mod sigur possibli”. Tħeġġeġ lill-għalliema sħabha sabiex jibqgħu pożittivi u jneħħu kull kumment ħażin li jista’ jneħħielhom il-motivazzjoni.

Proset Ms. Tiffany! 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI