Matul iż-żmien dejjem qed ikompli jissemma l-bżonn li n-numru tal-emerġenza 112 jintuża kif suppost, u wieħed iċempel fuq in-numru meta fil-fatt tkun verament emerġenza.
Intant ser tkun qed isir avveniment mimli logħob u divertiment b’xejn għall-familji u t-tfal kollha. Dan kollu biex tkompli titqajjem kuxjenza għall-użu responsabbli tan-numru tal-emerġenza 112.
Dan ħa jsir nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar bejn l-10:00 u s-14:00 ġewwa Park San Klement, Ħaż-Żabbar. Il-paġna The Malta Police Force qasmet il-poster li qed jirriklama dan l-avveniment utli.