“Avviż Dwar It-Traffiku – Għeluq Parzjali Ta’ Triq Fleur De Lys, Birkirkara” – Infrastructure Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Infrastructure Malta avżaw lill-publiku dwar għeluq parzjali fi triq Fleur de Lys f’Birkirkara.

Qalu, “Avviż dwar it-Traffiku – Għeluq Parzjali ta’ Triq Fleur de Lys, Birkirkara. Infrastructure Malta tinforma lill-pubbliku li se jkun hemm għeluq parzjali ta’ parti minn Triq Fleur de Lys biex jitwettqu xogħlijiet ta’ tiswija. Dati u Ħinijiet: Mit-Tnejn 24 ta’ Awwissu fis-7:00am sal-Ġimgħa 28 ta’ Awwissu 2026 fis-18:00.”

Żiedu, “Arranġamenti tat-traffiku: It-traffiku lejn it-Tramuntana (minn Santa Venera lejn Birkirkara) se jibqa’ għaddej minn Triq Fleur de Lys bħas-soltu. It-traffiku lejn in-Nofsinhar (minn Birkirkara lejn Santa Venera) se jiġi devjat minn Triq Salvu Psaila.”

Qalu wkoll, “Jekk jogħġbok segwi s-sinjali tat-traffiku temporanji u d-direzzjonijiet fuq il-post biex tiġi żgurata s-sigurtà ta’ kulħadd. Infrastructure Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent u tirringrazzja lill-pubbliku tal-kooperazzjoni tiegħu.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI