“Daħħakt Lin-Nies Bija U Għamiltli Dil-Ħsara Kollha … Jien Lili Kulħadd Jafni” – Ir-Raġel Li Rema Boroż Taż-Żibel Il-Marsa Jindirizza Lis-Sindku

Riċentament, is-Sindku tal-Marsa Luke Farrugia qasam filmat ta’ raġel u tifel jinżlu mill-vettura tagħhom u jarmu xi boroż taż-żibel f’post fejn mhux sippost isir dan. Ilbieraħ tkellem ukoll permezz ta’ filmat fuq il-paġna tiegħu, r-raġel li kien f’dan il-filmat fejn jinsab irrabjat li ġie mxandar il-filmat tiegħu u ta’ ibnu fuq il-midja soċjali.

Il-filmat jidher qed juri xi żibel fl-istess triq fejn seħħ il-każ, fejn dan ir-raġel jidher li qed jiffilmja mill-istess vettura. Ir-raġel fost l-oħrajn qal li dan il-filmat għamillu ħafna ħsara hekk kif qal li lilu kulħadd jafu. “M’għandekx id-dritt titfagħni fuq l-internet,” sostna r-raġel.

Ir-raġel ikkummenta wkoll dwar il-fatt li mhux hu biss rema l-iskart fl-istess post, iżda ma ntwerewx filmati ta’ nies oħra fuq il-midja soċjali.

Spiċċa billi wassal messaġġ lil dawk in-nies li skontu kkumentaw ħażin fuq il-filmat fejn stedinhom imorru l-Marsa biex jaraw is-sitwazzjoni b’għajnejhom stess, filwaqt li rringrazzja wkoll lil dawk li wrewh sapport.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI