“Awguri F’Għeluq Sninu Liż-Żgħir Fost Uliedna Subien, Bernard” – George Curmi B’Awgurju F’Għeluq Snin Ibnu

Curmi Puse

George Curmi Puse huwa vjolinist u kompożitur mill-aqwa, maħbub immens madwar Malta u Għawdex u żgur m’għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni.

Illum jaħbat għeluq snin l-iżgħar tifel tiegħu, Bernard Curmi, li bħal missieru għandu mħabba kbira lejn il-mużika u l-vjolin. George kitiblu messaġġ qasir u ħelu fuq il-midja soċjali biex jawguralu, u filmat fejn jidhru anke mumenti ta' ibnu jdoqq.

Hu kitiblu, “Awguri f'għeluq sninu liż-żgħir fost uliedna subien, Bernard. Il-Bambin ibierkek." Bosta kkummentaw bix-xewqat sbieħ tagħhom ukoll u rreaġixxew b'xi qalb għall-filmat li qasam George.

Awguri mill-qalb, Bernard!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI