“Awguri Kbira F’Għeluq Sninu Lil Missieri Mario Morales” – Mark Morales

Mark Mor

Għada jiċċelebra għeluq sninu Mario Morales, u ibnu Mark, fuq il-paġna tiegħu Saħħa by Mark Morales, jiktiblu awgurju flimkien ma’ filmat – “Awguri kbira f’għeluq sninu lil missieri Mark Morales.”

Mario jibqa’ meqjus bħala wiċċ familjari immens fejn jidħol it-teleshopping fil-gżejjer Maltin. Rajna anke diversi atturi u personalitajiet jimitawh, b’dak it-ton partikolari tal-vuċi li bih kien jippreżenta t-teleshopping.



Lil Morales konna narawh ibigħ xi prodott fuq it-televixin lokali, magħruf l-aktar għall-bejgħ tal-fannijiet u s-siġar tal-Milied. Ma rajniehx biss ibigħ fuq it-televiżjoni, iżda saħansitra smajnieh ikanta waqt Malta’s Got Talent, fejn wasal sas-semi-finali.



Jgħaddi kemm jgħaddi żmien ċertament li jibqa’ personalità maħbuba immensament. Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Mario!

Awguri! Nixtiqulu ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!



Ritratti:

Facebook/ Bundytime

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI