“Awguri Lil Ommi U Missieri Hekk Kif Illum Jiċċelebraw Is-56 Anniversarju Miż-Żwieġ Tagħhom” – Mark Spiteri Lucas

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Mark Spiteri Lucas qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn ħelwin fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-ġenituri tiegħu. Infatti, l-ġenituri tiegħu qed jiċċelebraw 56 sena ta’ mħabba.

Hu qal, “Awguri lil ommi u missieri hekk kif illum jiċċelebraw is-56 anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Grazzi tal-valuri li żrajtu fija u f’ħuti u anke fin-neputijiet. Nawgurawlkom, jien, Sharon u Greta.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlhom f’dan il-jum tant speċjali u nittamaw li kellhom ġurnata mill-isbaħ, filwaqt li nawgurawlhom ukoll ħafna aktar snin ta’ kuntentizza flimkien!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI