“Bħal-Lum 11 -Il Sena Ilu, Tlifna Tarbija… Kont Diġa Smajt Il-Qalb Tħabbat” – Michelle Rausi

Michelle Rausi, omm iċ-ċkejkna Francesca, fetħet qalbha fuq il-paġna tagħha dwar mument diffiċli mmens meta tilfet tarbija.

Hi kitbet, “Bħal-lum 11 -il sena ilu, tlifna tarbija… kont diġa smajt il-qalb tħabbat, u kienet esperjenza vera diffiċli. Għadni niftakar b’mod ċar meta t-tabib qalli li ma kienx hemm qalb tħabbat… qatt mhu se ninsa. Illum, inħares lejn Francesca, u naħseb li hija tarbija tal-qawsalla. Kienet ħafna iżjed diffiċli meta t-tabib qalli li kont tlift it-tarbija milli meta t-tabib qalli li Francesca kellha d-Down Syndrome. Li titlef tarbija hi tip ta’ uġigħ differenti… imma Francesca… hi ġabitilna tant ferħ u mħabba f’ħajjitna lanqas nista’ nispjega.”

Grazzi ta’ dan il-kliem profond.





Facebook / Michelle Rausi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI