“Beda X-Xogħol Ta’ Manutenzjoni U Tisbiħ Fis-Soft Areas Fiż-Żona Tal-Housing F’Ħal Mula” – Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kunsill Lokali Ħaż Żebbuġ tkellmu dwar xogħol ta’ manutenzjoni li beda riċentament.

Huma qalu, “Illum beda x-xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ fis-soft areas fiż-żona tal-housing f’Ħal Mula. Ix-xogħlijiet jinkludu t-tindif u t-tibdil ta’ kurduni u ċnut mkissrin, iż-żieda ta’ żoni ġodda b’ħamrija, tisbiħ u tħawwil ta’ pjanti u siġar, u l-ħolqien ta’ żona ġdida tal-logħob għat-tfal.”

Żiedu wkoll, “Dan l-investiment li jilħaq fuq €100,000 huwa possibli b’fondi mgħoddija lill-Kunsill Lokali mill-Awtorità tad-Djar fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli. Is-Sindku Steve Zammit Lupi jirringrazzja lill-Ministru Andy Ellul, lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Matthew Zerafa u tim tiegħu għall-kooperazzjoni u sostenn.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI