Il-villa ta’ Love Island Malta tinsab f’diżastru sħiħ wara r-recoupling brutali li sar wara Hotel Amor. F’mossa li ħasdet kemm lit-telespettaturi kif ukoll lill-islanders, Anthea għażlet li tingħaqad mal-bombshell Daniel—deċiżjoni li swietilha l-irrispett sħiħ ta’ sħabha.
Id-drama kollha nqalgħet minħabba l-aspettattivi li ħolqot Anthea stess. Hija kienet iddikjarat ċar u tond li Luke kien se jkun l-ewwel għażla tagħha f’każ li l-affarijiet ma jimxux ma’ Giuseppe. Madankollu, meta Giuseppe rritorna minn Hotel Amor, sab lil Anthea bilwieqfa ma’ Daniel.
Ir-reazzjoni tal-villa kienet immedjata u bierda. L-islanders mill-ewwel żammew ma’ Giuseppe, li nqabad fuq sieq waħda, u bdew jiddubitaw miftuħ il-lealtà u d-deċiżjonijiet ta’ Anthea. Billi qabżet lil Luke—li kien suppost il-pjan B tagħha—għall-bombshell il-ġdid, il-mossa tattika ta’ Anthea rriżultat kontriha, u spiċċat iżolata f’villa fejn il-kelma tiegħek hija kollox.