L-Islanders B’Ritratti Riċenti Minn Ġewwa L-Villa Ta’ Love Island Malta

islanders kollha

Ir-raba’ staġun ta’ Love Island Malta qed ikompli jiġbed l-attenzjoni ta’ eluf ta’ telespettaturi, hekk kif il-koppji u l-parteċipanti qed jiffaċċjaw sfidi ġodda, sorpriżi u mumenti emozzjonanti fil-villa.

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-programm offra taħlita ta’ mħabba, drama u deċiżjonijiet diffiċli li komplew iżommu lill-udjenza mwaħħla mal-iskrins.

Wieħed mill-aktar mumenti li qanqal diskussjoni fost is-segwaċi kien bla dubju l-esperjenza ta’ Hotel Amor, li ttestjat ir-relazzjonijiet u l-lealtà tal-parteċipanti. Wara dawn l-iżviluppi, il-produzzjoni qasmet sensiela ta’ ritratti speċjali meħuda mill-islanders stess fil-villa.

Ir-ritratti taw ħarsa aktar personali u spontanja lejn il-ħajja fil-villa, b’mumenti ta’ ħbiberija, daħk u memorji li l-parteċipanti qed jibnu flimkien.

B’aktar sorpriżi mistennija mil-lejla, Love Island Malta wasal fir-raba’ ġimgħa tiegħu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI