Illum jaħbat il-jum speċjali ta’ Ben Camille hekk kif jagħlaq sninu! Ben beda l-ġurnata minnufih b’ritratt prezzjuż flimkien mal-familja sabiħa tiegħu, kif ukoll messaġġ għall-okkażjoni. “Grazzi tax-xewqat sbieħ kollha għal għeluq snini. Grazzi tal-imħabba u l-appoġġ kostanti! Għal aktar imħabba, saħħa u kuntentizza.”
Jekk għandux xi ċelebrazzjoni preparata ta’ għeluq sninu, ma nafux, iżda li hu żgur hu li ħa jkollu ġurnata impenjattiva llum hekk kif jibda l-ġbid tat-tielet staġun ta’ X Factor Malta. Kif tafu Ben ġie magħżul għal darb’oħra biex ikun il-preżentatur tal-programm, u allura wieħed jista’ jimmaġina kemm ikollu ġurnata impenjattiva. U f’din is-sħana mhux faċli, ngħiduha!
Awguri mill-qalb Ben!