Il-mużiċist lokali Joseph Armani kiteb messaġġ mill-isbaħ għall-għażiż ibnu Beppe, li bħal-lum 11-il sena ilu, ingħaqad mal-familja Armani. Ġab miegħu bla dubju ferħ kbir.
“Il-MiniMe tiegħi, id-dell tiegħi, Beppinu tiegħi jagħlaq 11-il sena illum… tifel li Jħobb u mimli ferħ. Ma nistgħux nimmaġinaw ħajjitna mingħajru. Għażiż Ibni, nawguralek l-isbaħ xewqat għal għeluq sninek u nwegħdek l-imħabba kollha li l-ħajja tista’ ġġib. Ħobbok tant.”
Qasam anke ritratt tiegħu flimkien ma’ ibnu. Awguri mill-qalb Beppe! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!