Cassandra Spiteri, waħda mill-atturi prinċipali fis-sensiela L-Għarusa li ħakmet lill-Maltin u l-Għawdxin fl-iskeda li għaddiet, tiċċelebra l-anniversarju tagħha ma’ żewġha Daniel. L-attriċi fakkret din il-ġurnata b’ritratt ħelu tagħhom bi tbissima mill-isbaħ fuq fommhom.
Il-koppja qed jiċċelebraw it-tielet anniversarju flimkien. Cassandra ħalliet post qasir fejn awgurat lil żewġha f’dan il-jum u qaltlu li tħobbu. Aħna f’isem Gwida.mt, nieħdu l-opportunità li nawguraw lil Cassandra u r-raġel tagħha f’dan il-jum għażiż għalihom. Nawgurawlhom kull suċċess u nittamaw li l-imħabba tagħhom tibqa’ tikber u titkattar. Awguri mill-qalb!
Facebook / Cassandra Spiteri