“Bħal Llum Seba’ Snin Tlifna Djamant Prezzjuż, Djamant Uniku, Djamant Li F’Għajnejh Kont Nara Dinja Perfetta…” – L-Attriċi Nakita Grima

Nakita fuq il-mezzi soċjali tagħha tfakkar lill-għażiża missierha li għadda għall-ħajja ta’ dejjem seba’ snin ilu. Hi tikteb, “Bħal-lum seba’ snin tlifna djamant prezzjuż, djamant uniku, djamant li f’għajnejh kont nara dinja perfetta, dinja mimlija mħabba li kellu għalina.”

Hi żżid, “Għaddiet sena oħra għażiż missier. Sena oħra minajr ma naraw dak il-wiċċ imfaqqa’, b’għajnejn ħodor ileqqu jitqu minajr l-ebda sforz. Għalkemm għaddew dawn is-snin kollha, l-imħabba għalik u l-post ġew qalbna ma jista’ jimlieh xejn u ħadd. Jimlewh biss it-tifkiriet li għamilna flimkien, il-ġranet u l-avventuri ħelwin li irnexxielna nagħmlu f’dan iż-żmien qasir li kellna ċ-ċans ingawdu flimkien. Jibqaw biss ritratti u tifkiriet li dejjem nibqaw nsemmu u inġorruhom magħna.”



Nakita tkompli, “Għalkemm dawn ir-ritratti għandhom qrib għaxar snin, xi ħadd tagħni sorpriża mil-isbaħ u rnexxielu jerġa’ jati l-ħajja lil dik id-daħka sabiħa li kellek. Reġa’ tani l-opportunità li b’ritratt jiċċaqlaq nerġa’ narak titbissem u nerġa’ ngħix dawk il-mumenti ħelwin. Ibqa’ żomm idejk fuqna, għażiż missier, speċjalment fil-maltemp li niltaqgħu miegħu fil-ħajja.”



Hi tkompli, “Ibqa’ proteġina u kompli tina s-saħħa li nkomplu niġġieldu kontra l-kurrenti tal-ħajja, biex nibqgħu nippersistu ma naqtgħu qalbna qatt. Sakemm nerġa’ niltaqgħu, ibqa’ pproteġina, anġlu tagħna. Inħobbok bla qies Censinu. Strieħ fis-sliem, missier.”



Ritratti:

Facebook / Nakita Grima

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI