Proprju bħal-lum 203 snin ilu, pajjiżna tħalla f’luttu wara li seħħet waħda mill-agħar traġedji fl-istorja.
Fil-11 ta’ Frar tal-1823, għaqdiet tal-Knisja organizzaw għadd ta’ attivitajiet filantropiċi bit-tir li jżommu t-tfal ‘il bogħod miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival li f’dawk iż-żminijiet kienu kkundannati mir-reliġjon.
Fost dawn l-attivitajiet filantropiċi, kien hemm waħda li fiha tfal minn familji foqra mill-Belt Valletta u mill-Kottonera kienu jiltaqgħu u jittieħdu fil-kunvent tal-Franġiskani Minuri tal-Belt Valletta u jingħataw biċċa ħobża bħala sostenn għalihom u għal familthom.
Filwaqt li fis-snin preċidenti din l-attività dejjem mexiet b’wiċċ il-ġid, ġara li t-tfal wasslu siegħa tard u b’konsegwenza t’hekk qamet kommossjoni liema bħalha hekk kif laħaq dalam u daħlu wkoll xi persuni mhux awtorizzati.
Ir-rassa lejn il-bieb prinċipali kienet qawwija u b’konsegwenza t’hekk tfal bejn l-etajiet ta’ 8 u 12-il sena sabu rwieħhom mgħaffġa, b’konsegwenza li mietu fgati.
Jistrieħu fis-sliem l-imsejknin vittmi ta’ din it-traġedja!
Wikipedia / Knisja Franġiskana ta’ Santa Marija ta’ Ġesù u Pexels